home home team
gallery
recipes

RRAYCALLEJA.COM - GHANDI PJACIR - RECIPES

Torta Helwa tal-GhidMonday 2nd April 2007
Torta Helwa tal-Ghid
by Peter Dacoutros
 
Ingredjenti:
Ghall-ghagina:

450 g dqiq plain
Niskata melh
225 g butir mhux mielah
2 imgharef corn oil
6 imgharef zokkor
2 kuccarini kannella
Ilma kiesah biex tghaqqad

Ghall- mili:

800 g irkotta
6 bajdiet separati
150 g zokkor
Qoxra ta' lumija mahkuka
6 imgharef Anisetta
Kuccarina kannella
Ftit qoxra tal-lumi biex izzejjen


 
Metodu:
Gharbel id-dqiq mal-melh u l-kannella fi skutella. Zid il-butir, u b'sikkina qattghu f'bicciet. Ghagen il-butir mad-dqiq sakemm it-tahlita issir bhal frak tal-hobz fin. Zid iz-zejt u hawwad sew, imbaghad zid iz-zokkor. Zid bizzejjed ilma kiesah biex tkun tista tghagen l-ghagina li m'ghandiex tkun xotta jew ratba izzejjed. Poggi l-ghagina fuq daqsxejn dqiq u kompli ghagen ghal madwar 3 minuti. Gerbeb l-ghagina go 'cling film' u halliha toqghod f'post frisk ghal madwar 30 minuta.

Idlek forma tonda tat-torti jew tal- flans bil-butir u ghaddi hafif bit dqiq.
Iftah l-ghagina fuq daqsxejn dqiq u iksi il-qiegh u l-gnub tal-forma bl-ghagina.

Poggi l-irkotta fi skutella u ghaffigha sew b'furketta. Zid l-isfar tal-bajd, iz-zokkor u l-qoxra tal-lumi. Hawwad sew sakemm tara li it-tahlita saret bhal krema. Zid l-anisette u hawwad sew.
Habbat l-abjad tal-bajd sakemm isiru xkuma. Zid din l-ixkuma mat-tahlita ta’ l-irkotta. Hawwad hafif, hafif, u poggi din it-tahlita fil-forma ta’ l-ghagina. Illixxa il-wicc tat-tahlita sew, imbaghad ferrex il-kannella minn go passatur zghir.
Ahmi go forn moderat ghal ftit jahraq ghal madwar 45 minuta jew sakemm tara li it-torta tkun saret.
Ohrog mill-forn u halliha tibred. Ohrog it-torta mill-forma u poggiha fuq platt li tkun ser isservi fih.Tista zzejjen il-wicc tat-torta bi ftit qoxra tal-lumi









RCS MEDIA PRODUCTIONS, P.O. BOX 69, MSIDA, MSD 01. TEL: (+356) 22913503. FAX: (+356) 21225265. EMAIL US!

© 2006. ALL RIGHTS RESERVED. RAY CALLEJA.

DESIGN: DANIEL MERCIECA