home home team
gallery
recipes

RRAYCALLEJA.COM - GHANDI PJACIR - RECIPES

Tornedo tac-canga bil-butir  Cafe De ParisWednesday 4th April 2007
Tornedo tac-canga bil-butir Cafe De Paris
by Ray Fauzza (Al Mare Restuarant - Marsamxett Harbour)
 
Ingredjenti:
6 bicciet flett tac-canga ta’ madwar 225g il-wahda
Red wine sauce
Cafe’ de Paris butter
240g butir mhux mielah
2 basliet zghar
Sinna tewm
Fergha tas-saghtar frisk
Nofs werqa tar-rand
30g tursin
Kuccarina kappar
3 hjariet zghar (gherkins)
2 bicciet incova
6 weraq ta’ l-istragun
30 ml inbid abjad
Kuccarina curry paste
2 isfra tal-bajd
Niskata bzar Cayenne (mill-ahmar)
Nofs il-meraq ta’ lumija



Metodu:
Ghall-Cafe de Paris Butter:
Qatta’ l-butir f’dadi. Qaxxar u qatta’ il-basal u t-tewm. Naqqi l-weraq tas-saghtar miz-zokk, u qatta’ l-werqa tar-rand bicciet zghar hafna. Qatta’ t-tursin, il-kappar, il-gherkins u l-incova separatament. Ismot u qatta’ l-istragun. Poggi l-butir imqatta’ dadi fil-liquidiser u habbat sew sakemm jibjad. Sadanittant, poggi l-basal zghir u t-tewm f’tagen bi ftit butir u sajjar sakemm jirtab minghajr kulur. Zid l-inbid abjad u hallih jirriduci b’nofs, zid il-curry paste u sajjar ghal-2 minuti.
Zid il-weraq tas-saghtar u l-werqa randa imqatta’ rqiqa, u kompli sajjar ghal 2 minuti ohra. Nehhi minn fuq in-nar u hallih joqghod. Meta l-butir jibjad, zid it-tursin, il-kappar, il-gherkins, l-incova u l-istragun, l-isfra tal-bajd, il-bzar u l-meraq tal-lumi.
Hawwar bil-bzar u l-melh u zid it-tahlita tal-basal u kuncert li tkun kiesha.
Lesti karta tal-forn fuq il-wicc tal-kcina u poggi l-butir u rembel, obrom il-gnub u poggi fil-fridge.
Hawwar il-laham u sajjar ghall-gosti tieghek. Meta l-laham ikun sar, poggi zewg crieki butir fil-wicc, poggi taht il-grillja sakemm jiehdu l-glace.

Poggi r-risotto f’platt shun, u poggi l-laham fuq ir-ross u servi r-red wine sauce mad-dawra















RCS MEDIA PRODUCTIONS, P.O. BOX 69, MSIDA, MSD 01. TEL: (+356) 22913503. FAX: (+356) 21225265. EMAIL US!

© 2006. ALL RIGHTS RESERVED. RAY CALLEJA.

DESIGN: DANIEL MERCIECA