| |
Monday
16th April 2007
Torta tal-Lewz
by Peter
Dacoutros
Ingredjenti:
Ghall-ghagina
450 g dqiq plain
Niskata melh
225 g butir mhux mielah, mqatta’ dadi
2 imgharef corn oil
6 imgharef zokkor
Qoxra ta' lumija mahkuka
Ftit qtar essenza tal-vanilla
Ilma kiesah biex tghaqqad
Ghal mili:
200 g butir mhux mielah
200 g zokkor
4 bajdiet mhabbtin
200 g lewz mithun
4 qatriet ezzenza tal-lewz
50 g dqiq self-raising
300 g gamm tal-frawli
3 imgharef icing sugar biex izzejjen
Metodu:
Gharbel id-dqiq mal-melh fi skutella. Zid il-butir u ghagen
sew b'idejk sakemm it-tahlita issir bhal frak tal-hobz fin.
Zid iz-zejt, hallat sew imbaghad zid iz-zokkor, il-qoxra
tal-lumija u l-vanilla. Ghagen ghal minuta imbaghad bil-mod
zid bizzejjed ilma biex tista’ tghagen l-ghagina li
m'ghandiex tkun ratba jew xotta izzejjed. Ghagen ghal zewg
minuti imbaghad halli l-ghagina toqghod f'post frisk ghal
30 minuta.
Idlek forma kwadra u baxxa bil-butir, u ghaddi hafif bid-dqiq.
Iftah l-ghagina fuq daqsxejn dqiq u iksi il-qiegh u l-gnub
tal-forma bl-ghagina. Ghatti l-ghagina b-aluminium foil
midluka bil-butir u ghatti il-wicc tal-foil bill-fazola
bhala toqol. Ahmi go forn moderat ghal jahraq ghal 20 minuta.
Ohrog mill-forn, nehhi il-fazola u il- foil u halliha tibred
sew. Ifrex il-gamm tal-frawli fuq l-ghagina.
Habbat il-bajd u iz-zokkor fi skutella sakemm it-tahlita
issir bajdanija u hafifa. Zid il-bajd wahda, wahda, filwaqt
li thabbat it-tahlita. Zid il-lewz u l-essenza tal lewz,
habbat ghal minuta.Zid id-dqiq filwaqt li thawwad hafif,
hafif, b'imgharfa. Poggi t-tahlita gol-forma ta’ l-ghagina
fuq il-gamm tal-frawli. Illixxa sew il-wicc tat-tahlita.
Ahmi go forn moderat ghal ftit jahraq sakemm tara li it-torta
tkun hadet kulur dehbi sabih u tkun saret sew.
Ohrog it-torta mill-forn, halliha tibred sew. Xerred icing
sugar fuq il-wicc tat-torta biex izzejjen
|
RCS
MEDIA PRODUCTIONS, P.O. BOX 69, MSIDA, MSD 01. TEL: (+356)
22913503. FAX: (+356) 21225265. EMAIL
US! |
©
2006. ALL RIGHTS RESERVED. RAY CALLEJA.
|
|
|
|
|