home home team
gallery
recipes

RRAYCALLEJA.COM - GHANDI PJACIR - RECIPES

Qarabghali mimli u patata l-forn stil SiracusanaMonday 23rd April 2007
Qarabaghli mimli u patata l-forn stil Siracusana
by Peter Dacoutros
 
Ingredjenti:
Ghall-ghagina

8 qarabaghliet tondi ghal mili
600 g irkotta
2 bajdiet mhabbtin hafif
2 imgharef tursin mqatta’ rqiq
2 imgharef gobon Parmeggan mahkuk
4 bicciet flett ta’ l-incova mdaffa u maqsuma minn nofs
Bzar mithun frisk
Ftit frak tal-hobz xott

800 g patata mqaxxra u mqatta’ bicciet kbar
Meraq ta zewg lumijiet
Melh u bzar mithun frisk
6 imgharef zejt taz-zebbuga




 
Metodu:
Naddaf u ahsel il-qarabaghli. Poggihom f'borma bl-ilma jghali u ghallihom ghal 9 minuti biss. Saffi u halli il-qarabaghli jibirdu.
Uza kuccarina biex bil-mod tnehhi il-gewwieni tal-qarabaghli.
Poggi l-irkotta fi skutella, zid il-bajd u habbat sew b'furketta. Hawwar sew bil-bzar, imbaghad zid it-tursin u il-gobon mahkuk.
Imla l-qaabaghli sa nofshom bit-tahlita. Poggi in-nofsijiet tal-incova f'kull qarabaghlija u kompli imla bil-mili. Xerred ftit frak tal-hobz fil-wicc.
Sadanittant idlek dixx tal-forn biz-zejt. Ifrex il-patata fid-dixx u xerred il-kumplament taz-zejt fuq il-patata. Hawwar sew bil-melh u bzar. Ahmi go forn moderat ghal jahraq ghal 40 minuta. Ohrog mill-forn, hawwad il-patata u xerred il-meraq tal-lumi. Poggi il-qarabaghli mimli fid-dixx mal-patata u kompli ahmi ghal 40 minuta ohra











RCS MEDIA PRODUCTIONS, P.O. BOX 69, MSIDA, MSD 01. TEL: (+356) 22913503. FAX: (+356) 21225265. EMAIL US!

© 2006. ALL RIGHTS RESERVED. RAY CALLEJA.

DESIGN: DANIEL MERCIECA