home home team
gallery
recipes

RRAYCALLEJA.COM - GHANDI PJACIR - RECIPES

Gateaux ta' MejjuMonday 30th April 2007
Gateaux ta' Mejju
by Peter Dacoutros
 
Ingredjenti:
Ghall-isponge cake:

6 bajdiet isseparati
250 g dqiq plain
Qoxra ta' lumija mahkuka
6 imgharef ilma jahraq
250 g zokkor
2 kuccarini baking powder

Ghall- mili

3 kontenituri frawli
6 imgharef icing sugar
360 ml. krema friska
Nofs tazza inbid Marsala
Cikkulata mahkuka biex izzejjen





 
Metodu:
Idlek forma tal-kejk tonda bil-butir u ghaddi hafif bit-tqiq.

Gharbel it-tqiq flimkien mal-baking powder.
Habbat l-isfra tal-bajd flimkien maz-zokkor, il-qoxra tal-lumija u il-mishun. Habbat sakemm it-tahlita tkun hafifa u bajdanija. Zid it-tahlita tat-dqiq bil-mod u hawwad hafif b'imgharfa.
Habbat l-abjad tal-bajd sakemm isiru xkuma. Zid din lix-xkuma bil-mod mat-tahlita tal-bajd. Hawwad hafif b'imgharfa.
Poggi din it-tahlita fil-forma u ahmi go forn moderat ghal jahraq ghal madwar 40 minuta jew sakemm tara li l-is-sponge tkun gholiet sew u hadet kulur dehbi sabih. Ohrog mill-forn u halli tibred sew.

Ahsel il-frawli u nehhilhom il-weraq. Warrab 18 l-frawla biex izzejjen bihom u aqsam il-kumplament f'nofsijiet.
Aqsam l-is-sponge minn nofs u xerred il-marsala fuq iz-zewg nofsijiet.
Habbat il-krema sakemm issir bhal xkuma. Zid l-icing sugar u hawwad hafif.
Poggi nofs ta' sponge fuq platt li tkun ser isservi fuqu. Iksi il-wicc bil-krema u poggi in-nofsijiet tal-frawli fuq il-krema. Poggi ftit krema fuq il-frawli, umbaghad poggi in-nofs l-iehor ta’ l-isponge. Iksi il-wicc tal-gateau bil-kumplament tal-krema. Zejjen bil-kumplament tal-frawli u cikkulata mahkuka












RCS MEDIA PRODUCTIONS, P.O. BOX 69, MSIDA, MSD 01. TEL: (+356) 22913503. FAX: (+356) 21225265. EMAIL US!

© 2006. ALL RIGHTS RESERVED. RAY CALLEJA.

DESIGN: DANIEL MERCIECA