home home team
gallery
recipes

RRAYCALLEJA.COM - GHANDI PJACIR - RECIPES

Mince PiesMonday 18th December 2006

Mince Pies
by Peter Dacoutros
 
Ingredjenti:
Ghal-mincemeat:
2 Kikkri sultana
2 kikkri passolina
2 kikkri zbib
Kikkra tamal mqatta’ rqiq
Kikkra pruna mqatta’ rqiq
Kikkra tin mqatta’ rqiq
2 tuffiehat mqaxxra u mqatta’ dadi zghar
Kikkra zokkor ismar
Mgharfa qoxra ta' lumija mahkuka
Mgharfa qoxra ta' laringa mahkuka
Mgharfa qoxra ta' mandolina mahkuka
Mgharfa mixed spice
2 kuccarini imsiemer tal-qronfol mahkuka
Meraq ta zewg lumijiet.
2 Kikkri vermouth helu

Ghall-ghagina:
900 g dqiq plain
Niskata melh
450 g butir mhux mielah
4 imgharef zejt vegetali
12 imgharef zokkor
Qoxra ta' lumija mahkuka
2 kuccarini essenza tal-vanilla
Ilma kiesah biex tghaqqad





 
Metodu:
Metodu.
Hallat l-ingredjenti kollha flimkien imma zid il-meraq tal-lumi u il-vermouth fl-ahhar. Hawwad sew. Jekk tara li it-tahlita tkun ftit xotta, zid aktar vermouth.
Il-mincemeat ghandu jigi ippreparat ghall-inqas gimgha qabel ma taghmlu il-mince pies.


Gharbel id-dqiq mal-melh fi skutella. Zid il-butir. Uza jdejk biex thallat il-butir mad-dqiq sakemm tara li it-tahlita saret bhal frak tal-hobz fin. Zid iz-zejt, ghagen, imbaghad zid iz-zokkor, il-qoxra tal-lumija u l-vanilla. Hallat sew, imbaghad zid bizzejjed ilma kiesah biex tkun tista’ tghagen l-ghagina li mandhix tkun ratba jew xotta zzejjed. Kompli ghagen fuq ftit dqiq ghal madwar 3 minuti. Gezwer l-ghagina go cling film u halliha toqghod go post frisk ghal madwar 30 minuta.

Idlek il-forom tal-mince pies bil-butir u ghaddi hafif bid-dqiq.
Iftah l-ghagina fuq ftit dqiq. Uza forom tondi biex taqta l-ghagina. Iksi l-forom li tkun dlikt.
Imla l-forom b' zewg kuccarini mincemeat kull forma u xarrab it-truf ta’ l-ghagina b'daqsxejn ilma kiesah.
Iftah il-kumplament ta’ l-ghagina u aqta’ forom tondi biex tiksi il-wicc tal-mince pies. Issigilla t-truf sew. B-sikkina bil-ponta aqta’ salib fill-wicc ta'kull mince pie biex tkun tista’ tohrog l-arja waqt is-sajran.
Ahmi go forn moderat ghal madwar 30 minuta jew sakemm tara li l-mincepies hadu kulur dehbi sabih.
Servi jaharqu bi ftit icing sugar imxerred fuqhom.
Jekk se tlestu il-mince pies xi granet qabel isservuhom, allura ahmuhom ghal xi 25 minuta biss. Dik inhar li tkunu ser sservuhom, sahhnuhom fil-forn ghal 10 minuti.
Il-mincepies ghandhom dejjem jisservew shan.




RCS MEDIA PRODUCTIONS, P.O. BOX 69, MSIDA, MSD 01. TEL: (+356) 22913503. FAX: (+356) 21225265. EMAIL US!

© 2006. ALL RIGHTS RESERVED. RAY CALLEJA.

DESIGN: DANIEL MERCIECA