| |
Wednesday
14th February 2007
Tonn mimli bl-Aljoli
by Ray
Fauzza (Al Mare Restuarant - Marsamxett
Harbour)
Ingredjenti:
Ghall-mili:
Tewm
Incova
Spinaci
Zebbug Iswed
Tadam imqatta’
Prinjoli
Zejt taz-zebbuga
Habaq
Ghall-aljoli:
Frak tal-hobz
Tadam
Zejt taz-zebbuga
Tewm
Tursin
Bzaru ahmar (chilli)
Ghaz-zalza:
Inbid abjad
Butir
Kuccarina zalza tan-naghniegh
Tursin
Metodu:
Ghall-mili:
Poggi ftit zejt taz-zebbuga u tewm imqatta’ f’tagen,
zid l-ispinaci u l-incova u hawwad sew sakemm isir. Zid
it-tadam u z-zebbug minghajr ghadam u hawwad sew. Zid il-prinjoli
u l-habaq. Iftah it-tonn u meta t-tahlita tal-mili tkun
birdet, imla t-tonn. Hawwar t-tonn bil-melh u hafna bzar
mithun.
Aqli t-tonn fi ftit zejt taz-zebbuga kemm tissigillah minn
kull naha u zid it-tewm shih. Nehhi t-tonn minn fuq in-nar
u dahhlu fil-forn b’nar baxx kemm izzommu shun, minghajr
ma ssajru ghaliex huwa mportanti li jigi servut roza.
Idlek it-tahlita ta’ l-aljoli fil-wicc tat-tonn.
Erfa’ x-xaham kollu minn got-tagen u zid l-inbid abjad,
hallih jingibed fuq in-nar u zid il-butir u z-zalza tan-naghniegh.
Ohrog it-tonn mil-forn hallih joqghod imbaghad qattghu saljsis
u servi fuq platt biz-zalza madwaru
|
RCS
MEDIA PRODUCTIONS, P.O. BOX 69, MSIDA, MSD 01. TEL: (+356)
22913503. FAX: (+356) 21225265. EMAIL
US! |
©
2006. ALL RIGHTS RESERVED. RAY CALLEJA.
|
|
|
|
|