| |
Ingredjenti:
7 qarabaghliet
150 g ross
100 g irkotta
200 g perzut tal-koxxa
Mgharfa zejt taz-zebbuga
2 bajdiet
Basla
Melh u bzar
Ghaz-zalza:
Kilo tadam
Basla
Tewma
2 zunnarijiet
Mgharfa zejt taz-zebbuga
Mgharfa dqiq
Nofs kuccarina habaq
Saghtar
Mgharfa kunserva
Werqa randa
Melh u bzar
Metodu:
Metodu ghaz-zalza:
Qaxxar u qatta’ t-tadam, l-basla, t-tewm u z-zunnarija
f’bicciet zghar.
Aqli l-basla fiz-zejt u zid it-tewm sakemm jibdlu l-kulur.
Zid ukoll iz-zunnarija, t-tadam, l-habaq, s-saghtar, ir-randa,
l-kunserva, l-melh u l-bzar. Hallihom isiru fuq nar moderat.
Zid id-dqiq u hawwad ghal ftit minuti. Nehhi minn fuq in-nar
u halli mal-genb.
Metodu tal-qarabali:
Ahsel u haffer il-qarabaghli. Ghalli r-ross u hallih ftit
wieqaf.
Qatta’ l-basla rqiqa u sajjar mal-qalb.
Poggi r-ross go recipjent flimkien ma’ 125 millilitru
zalza tat-tadam.
Zid il-qalba tal-qarabaghli, l-perzut tal-koxxa u l-basla
u hawwad tajjeb.
Hallat l-irkotta ma’ bajda u hawwad. Zidhom mar-ross.
Zid ftit melh u bzar u imla l-qarabaghli. Habbat il-bajda
l-ohra u zid fuq il-wicc tal-qarabali.
Poggi l-qarabali go recipjent, zid il-kumplament taz-zalza
fil-wicc u fir-recipjent.
Sajjar fil-Griglioso ghal 45 minuta fuq temperatura ta’
200°.
|
RCS
MEDIA PRODUCTIONS, P.O. BOX 69, MSIDA, MSD 01. TEL: (+356)
22913503. FAX: (+356) 21225265. EMAIL
US! |
©
2006. ALL RIGHTS RESERVED. RAY CALLEJA.
|
|
|
|
|