| |
Monday
26th March 2007
Figolli u Hot CRoss
Buns
by Peter
Dacoutros
Ingredjenti:
HOT CROSS BUNS
Ingredjenti:
500 g dqiq plain
Niskata melh
3 kuccarini hmira instant
4 kuccarini zokkor abjad
200 g sultana
3 kuccarini mixed spice
3 imgharef konfettura
100 g zokkor ismar
Madwar 350 ml. ilma fietel
Madwar 150 g ghagina helwa
Ftit zejt biex tidlek
6 imgharef zokkor imhallta ma' 6 imgharef ilma jghali
FIGOLLI TA’ L-GHID
Ingredjenti:
Ghall-ghagina:
750 g Dqiq plain
350 g butir
250 g zokkor
4 isfra tal-bajd
Qoxra ta' lumija mahkuka
Ghall- mili:
600 g lewz mithun
600 g zokkor
Qoxra ta' lumija mahkuka
Abjad ta'4 bajdiet
Metodu:
Metodu ghall Hot Cross Buns
Idlek zewg pjanci tal-forn b'daqsxejn zejt.
Gharbel id-dqiq mal-melh u l-ispice fi skutella. Zid il-konfettura,
is-sultana u z-zokkor. Hawwad kollox flimkien.
Zid iz-zokkor abjad ma’ l-ilma fietel f'recipjent
zghir, hawwad u xerred il-hmira. Hawwad sew, ghatti ir-recipjent
u zomm f'post shun ghal 15 l-minuta.
Zid din it-tahlita mat-tahlita tad-dqiq, hawwad sew b'idejk
sakemm ikollok ghagina li m'ghandiex tkun ratba jew xotta
izzejjed. Ghagen sew fuq daqsxejn dqiq ghal ftit minuti.
Poggi it-tahlita fi skutella, ghatti u zomm go post shun
ghal madwar siegha.
Ghagen it tahlita hafif, hafif ghal nofs minuta imbaghad
ifforma f'buns. Poggi il-buns fuq il-pjanci midluka.
Iftah l-ghagina helwa fuq daqsxejn dqiq, u aqta’ fi
strixxi irqaq. Poggi zewg strixxi fuq kull bun f'forma ta'salib.
Illixxa sew.
Halli l-buns joqghodu f'post shun ghal madwar 30 minuta.
Ahmi il -buns go forn moderat ghal jahraq ghal madwar 20
minuta jew sakemm jiehdu kulur dehbi skur. Ohrog il-buns
mill-forn u idlikhom bit-tahlita taz-zokkor u ilma. Erga
dahhalhom fil- forn ghal 3 minuti.
Ohrog il-buns mill-forn u servi shan.
Minhabba li dawn il-buns m'ghandhomx bajd jew halib, jistghu
jittieklu waqt is-sawm tar-Randan
Metodu ghall Figolli ta' L-Ghid
Gharbel id-dqiq fi skutella. Zid il-butir u hallat mad-dqiq
sakemm it-tahlita issir qisa frak tal-hobz fin. Zid iz-zokkor
u il-qoxra tal-lumija u hawwad sew. Zid l-isfra tal-bajd,
hawwad sew imbaghad ghagen l-ghagina fuq daqsxejn dqiq ghal
ftit minuti. Halli l-ghagina toqghod ghal madwar 20 minuta.
Iftah l-ghagina fuq daqsxejn tqiq u aqta f' forom li tixtieq
int. Ikollok bzonn par forom ta'ghagina ghal kull figolla.
Hallat il-lewz maz-zokkor u l-qoxra tal-lumija. Zid l-abjad
tal-bajd u hawwad sakemm ikollok tahlita maqghuda. Poggi
madwar zewg imgharef, jew izjed, mit-tahlita fuq forma ta’
l-ghagina. Xarrab it-truf ta’ l-ghagina b'daqsxejn
ilma. Poggi forma ohra fuqgha, u ghafas sew b'subajk biex
tissigilla sew il-figolla. Kompli bl-istess mod bil-kumplament
ta’ l-ghagina u l-mili.
Poggi l-figolli fuq pjanci midluka u ahmi go forn moderat
ghal jahraq ghal madwar 35 minuta, jew sakemm jiehdu kulur
dehbi sabih.
Ohrog il-figolli mill-forn u halli jibirdu sew.
Jiena nippreferi niksi u nzejjen il-figolli bic-cikkulata
u b'xi bajda zghira ta’ l-Ghid, milli b'hafna gelu
li fl-ahhar mill-ahhar se' jintrema. Biex tiksu il-figolla
bic-cikkulata, uzaw ic-cikkulata plain skura. Holluha 'banju
maria' u iksu il-wicc u gnub tal-figolla
|
RCS
MEDIA PRODUCTIONS, P.O. BOX 69, MSIDA, MSD 01. TEL: (+356)
22913503. FAX: (+356) 21225265. EMAIL
US! |
©
2006. ALL RIGHTS RESERVED. RAY CALLEJA.
|
|
|
|
|