| |
Monday
7th May 2007
Dezerti ghad-Dijabetici
by Peter
Dacoutros
Ingredjenti:
5 tuffiehat mqaxxrin u mqattghin f'erba’
5 zakkarina
Nofs kuccarina msiemer tal-qronfol mithuna
Ghal-custard:
3 imgharef trab tal-custard
600 Ml.halib
5 zakkarina
Kuccarina kannella
PANCAKES TAL-FRAWLI (Ghal-6 persuni.)
Minn Peter Dacoutros
Ingredjenti:
GhalL- Pancakes:
500 Ml.halib
2 bajdiet
200 g tqiq
Nofs kuccarina melh
Ftit zejt tal-haxix
Ghall- mili:
Kartuna frawli
4 imgharef gamm tal-frawli ghad-dijabetici
150 g cikkulata plain ghad-dijabetici
Mgharfa butir
3 imgharef krema tal-bott
Metodu:
oggi t-tuffieh f'borma zghira, zid l-imsiemer tal-qronfol
mithuna u z-zakkarina. Zid bizzejjed ilma biex kwazi tghatti
t-tuffieh. Poggi l-borma fuq in-nar u meta t-tahlita tiftah
tghali, hawwad tajjeb, ghatti l-borma u sajjar ghal zewg
minuti. Itfi in-nar u halli t-tahlita toqghod ghal 10 minuti.
Ikxef il-borma, hawwad u halli t-tahlita tiksah.
Poggi t-trab tal-custard f'kazzola zghira, zid 3 imgharef
halib u hawwad sew sakemm it-tahlita issir bhal krema. Zid
iz-zakkarina, hawwad, imbaghad zid il-kumplament tal-halib
bil-mod filwaqt li thawwad. Poggi l-borma fuq nar moderat
u kompli hawwad sakemm it-tahlita tiftah tghali. Baxxi n-nar,
u filwaqt li thawwad, halli it-tahlita tghali ghal minuta
wahda.
Poggi t-tuffieh misjur f-kontenitur li tkun ser isservi
fih, jew f'erba’ kontenituri individwali. Zid ftit
meraq tat-tuffieh imbaghad ferra il-custard fuq it-tuffieh.
Xerred il-kannella fuq il-custard minn go pasatur zghir.
Servi din id-dezerta kiesha
Poggi l-ingredjenti kollha tal-pancakes go blender. Hawwad
tajjeb ghal-minuta. Halli t-tahlita toqghod ghal 15 l-minuta.
Tista’ wkoll thabbat il-bajd, il-halib u l-melh b'
whisker, imbaghad zid it-dqiq bil-mod filwaqt li thabbat
il-hin kollu. Halli toqghod ghal 15 l-minuta.
Poggi ftit qtar taz-zejt f'tagen zghir non-stick. Sahhan
tajjeb, imbaghad ferra 2 imgharef tat-tahlita. Sajjar fuq
nar gholi filwaqt li tmejjel it-tagen kull naha biex it-tahlita
tinxtered sew mat-tagen kollu. Aqleb il-pancake biex issir
sew minn naha ta' taht. Nehhi il-pancake mit-tagen u kompli
uza il-kumplament tat-tahlita biex issajjar izjed pancakes.
Ahsel il-frawli sew u nehhilhom il-weraq. Qattaghom f'nofsijiet.
Idlek il-pancakes bil-gamm u imlihom bil-frawli. Poggihom
fejn xulxin f'dixx li tkun ser isservi fih.
Holl ic-cikkulata 'banju marija'. Meta c-cikkulata tinhall,
zid il-butir u hawwad sew. Zid il-krema u hawwad. Nizzel
minn fuq in-nar, hawwad, u xerred iz-zalza tac-cikkulata
fuq il-pancakes. Servi.
|
RCS
MEDIA PRODUCTIONS, P.O. BOX 69, MSIDA, MSD 01. TEL: (+356)
22913503. FAX: (+356) 21225265. EMAIL
US! |
©
2006. ALL RIGHTS RESERVED. RAY CALLEJA.
|
|
|
|
|