| |
Tuesday
11th April 2006
Pissaladier
By Peter Dacoutros
Ingredjenti:
Ghall-ghagina:
1 kilo dqiq plain.
4 kuccarini hmira instant.
Kuccarina zokkor.
Nofs kuccarina melh.
Terz ta' kikkra zejt taz-zebbuga.
Ilma shun biex tghagen
Ghal-mili:
8 Basliet mqaxxra u mqatta’ slajsis irqaq.
6 imgharef zejt taz-zebbuga.
Landa incova.
300 g zebbug iswed minghajr ghadma.
Melh u bzar mithun frisk.
Zejt taz-zebbuga zejjed
Metodu:
F'recipjent zghir poggi l-hmira, iz-zokkor u madwar nofs
tazza mishun. Hawwad tajjeb u halli joqghod mghotti f'post
shun.
Gharbel id-dqiq mal-melh. Zid it-tahlita tal-hmira, iz-zejt,
imbaghad hawwad b'idejk bil-mod, filwaqt li zzid bizzejjed
mishun biex tkun tista’ tghagen l-ghagina li ma' tkunx
ratba zzejjed. Ghagen sew u halli l-ghagina toqghod ghal
madwar tletin minuta mghottijja u f'post shun.
F'tagen biz-zejt jahraq, poggi l-basal u sajjar fuq nar
moderat ghal madwar hamsa w ghoxrin minuta filwaqt li thawwad
kultant. Zomm it-tagen mghotti bl-ghatu. Nizzel minn fuq
in-nar u halli jibred.
Iftah l-ghagina fuq ftit dqiq. Ifrex il-basal fuq l-ghagina,
zid il-melh u l-bzar. Poggi bicciet ta’ l-incova fuq
il-basal, imbaghad iz-zebbug. Xerred ftit zejt taz-zebbuga
u ahmi go forn jahraq ghal madwar tletin minuta jew sakemm
tara li din il-pizza tkun saret tajjeb
i
|
RCS
MEDIA PRODUCTIONS, P.O. BOX 69, MSIDA, MSD 01. TEL: (+356)
22913503. FAX: (+356) 21225265. EMAIL
US! |
©
2005. ALL RIGHTS RESERVED. RAY CALLEJA.
|
|
|
|
|