| |
Thursday
20th April 2006
Flan tal-Frawli
By Peter Dacoutros
Ingredjenti:
Sponge Flan kbira.
Terz ta' tazza rum.
3 kartuniet Frawli.
5 imgharef zokkor.
400 ml. Krema friska.
200 g ghagina sfiljurata.
100 g cikkulata tal-halib.
3 imgharef icing sugar
Metodu:
Iftah ftit l-ghagina fuq ftit dqiq, u poggiha fuq pjanca
midluka. Ahmi go forn jahraq ghal madwar ghoxrin minuta,
jew sakemm tihmar tajjeb. Ohrog mill-forn u halliha tibred.
Ahsel il-frawli u nehhi l-weraq. Zomm terz tal-frawli biex
izzejjen u iz-zewg terzi l-ohra qattaghhom bicciet u poggihom
fi'skutella. Zid iz-zokkor u hawwad tajjeb. Halli t-tahlita
toqghod gol fridge ghal madwar hmistax l-minuta.
Poggi l-flan fuq platt li tkun ser isservi fih. Bexxex il-flan
bir-rum. Imla il-flan bit tahlita tal-frawli. Habbat il-krema
u poggiha fuq it-tahlita tal-frawli. Poggi l-kumplament
tal frawli shiha fuq il-krema.
Qatta’ l-ghagina li tkun birdet f'bicciet bhal swaba
twal. Uza idejk ghal dan il-process. Poggi is-swaba tal-ghagina
fuq il-frawli u il-krema. Hokk ic-cikkulata u xerred fuq
il-flan mimlijja. Fl-ahhar zejjen billi ixxerred l-icing
sugar.
Halli toqghod fil-fridge ghal madwar tlett sieghat qabel
isservi kiesha
.
|
RCS
MEDIA PRODUCTIONS, P.O. BOX 69, MSIDA, MSD 01. TEL: (+356)
22913503. FAX: (+356) 21225265. EMAIL
US! |
©
2005. ALL RIGHTS RESERVED. RAY CALLEJA.
|
|
|
|
|