home team gallery back to main recipe page

RRAYCALLEJA.COM - GHANDI PJACIR - RECIPES

Mousaka bit-TigiegFriday 21st April 2006
Mousaka bit-Tigieg

By Nancy (World Marketing)
 
Ingredjenti:
Kilo brungiel
800 g sidra tat-tigieg
100 g gobon parmiggan
400 g tadam
250 g gobon mozzarella
Bajda
Mgharfa zejt taz-zebbuga
6 sinniet tewm
4 basliet
Habaq frisk
Kuccarina paprika
2 kuccarini hwawar imhallta
Kuccarina zokkor
Bzar u melh

Metodu:
Qatta’ l-brungiel fi slajsis mit-tul, xarrbu fl-ilma bil-melh ghal ghoxrin minuta u lahalhu. Ixwieh fuq il-grilja ta’ scanpan u hallih mal-genb. Qatta’ s-sidra tat-tigieg fi slajsis (fillets) irqaq, ixwihom fuq il-grilja u hallihom mal-genb.

Ghaz-zalza:
Aqli l-basal u t-tewm fiz-zejt, zid it-tadam, hwawar, zokkor u paprika u hallihom isiru. Ithan il-gobon parmiggan, zid il-gobon mozzarella u ithan. Zid il-bajda.
Fil-Paella poggi saff zalza fil-qiegh, saff brungiel u saff tigieg. Ferrex il-gobon fuqhom u kompli b’dan il-mod. Spicca bil-gobon fil-wicc.

Sajjar ghal ghoxrin minuta fuq in-nar u kompli sajjar ghal ghoxrin minuta ohra billi tghatti bl-ghatu tal-Griglioso fuq temperatura ta’ 150 °.









.

RCS MEDIA PRODUCTIONS, P.O. BOX 69, MSIDA, MSD 01. TEL: (+356) 22913503. FAX: (+356) 21225265. EMAIL US!

© 2005. ALL RIGHTS RESERVED. RAY CALLEJA.

DESIGN: DANIEL MERCIECA