home team gallery back to main recipe page

RRAYCALLEJA.COM - GHANDI PJACIR - RECIPES

Balbuljata tal-QarabaghliTuesday 25th April 2006
Balbuljata tal-Qarabaghli

By Peter Dacoutros
 
Ingredjenti:
5 imgharef zejt taz-zebbuga.
2 basliet kbar imqattghin.
2 sinniet tewm mqattghin rqaq.
1 Kilo qarabaghli mqatta’ dadi zghar.
2 imgharef tursin mqatta’ rqiq.
Nofs kuccarina kannella (Cinnamon).
5 bajdiet mhabbta hafif.
Melh u bzar mithun frisk.
Gobon Parmiggan mahkuk biex isservi




Metodu:
F' tagen kbir non-stick, poggi iz-zejt u aqli il-basal sakemm jibdlu l-kulur, hawwad kultant. Zid it-tewm u aqli ghal tlett minuti fuq nar gholi.Zid il-qarabaghli, hawwad sew u sajjar ghal sitt minuti. Hawwad kultant. Zid it-tursin, il-kannella, il-melh u l-bzar, hawwad u kompli sajjar fuq nar moderat, bit-tagen mghotti ghal madwar ghoxrin minuta. Hawwad kulltant.
Zid il-bajd imhabbat, sajjar ghal tlett minuti filwaqt li thawwad, nizzel minn fuq in-nar, zid il-gobon, hawwad u servi ma' hobz tal-Malti mqatta’ slajsis hoxnin









i













RCS MEDIA PRODUCTIONS, P.O. BOX 69, MSIDA, MSD 01. TEL: (+356) 22913503. FAX: (+356) 21225265. EMAIL US!

© 2005. ALL RIGHTS RESERVED. RAY CALLEJA.

DESIGN: DANIEL MERCIECA