| |
Tuesday
6th June 2006
Classic Caesar's
Salad
by Peter Dacoutros
Ingredjenti:
2
hassiet kbar ta' kwalitajiet differenti.
100 g eruka.
150 g gobon parmeggan mqatta’ 'flakes'.
Ghal Croutons:
6 slajsis hobz mqatta’ dadi.
5 imgharef zejt taz-zebbuga.
3 sinniet tewm mqattghin rqaq hafna jew ahjar mghaffga.
5 imgharef gobon parmeggan mahkuk.
Ghad-Dressing:
Bajda
Landa incova.
2 sinniet tewm mqattghin rqaq.
Meraq ta' lumija.
Kuccarina mustarda.
Mgharfa hall.
6 imgharef zejt taz-zebbuga.
Melh u bzar mithun frisk
Metodu:
Poggi l-hobz fi skutella, zid iz-zejt, it-tewm u l-gobon
mahkuk. Hawwad sew u poggi t-tahlita fuq pjanca tal-forn
midluka bi ftit zejt. Ahmi go forn jahraq ghal hmistax il-minuta,
filwaqt li thawwad darba wara l-ewwel tmien minuti. Ohrog
mill-forn u halli jibirdu sew.
Poggi l-ingredjenti kollha tad-dressing go blender u hawwad
kollox sew sakemm ikollok bhal krema. Zomm fil-fridge sakemm
tigi biex tuza id-dressing.
Qatta’ l-weraq tal-hass b'idejk u poggi fi skutella
kbira flimkien mal-eruka. Hawwad flimkien. Zid il-flakes
tal-Parmeggan, hawwad u zid il-croutons. Hawwad. Xerred
id-dressing, hawwad kollox flimkien u servi immedjatament.
Huwa importanti li il-croutons u d-dressing ma' jigux mizjuda
qabel ma' tkun ser tisserva din l-insalata
|
RCS
MEDIA PRODUCTIONS, P.O. BOX 69, MSIDA, MSD 01. TEL: (+356)
22913503. FAX: (+356) 21225265. EMAIL
US! |
©
2005. ALL RIGHTS RESERVED. RAY CALLEJA.
|
|
|
|
|