home team gallery back to main recipe page

RRAYCALLEJA.COM - GHANDI PJACIR - RECIPES

Flett tal-majjal bil-faqqiegh salvagg u l-bebbux servut fuq timballo ta' aljoli u l-inbid ahmarFriday 3rd March 2006
Flett tal-majjal bil-faqqiegh salvagg u l-bebbux servut fuq timballo ta’ aljoli u l-inbid ahmar

By Ray Fauzza (Pintonino Rest -Valletta Waterfront)
 
Ingredjenti:
50ml zejt taz-zebbuga
75g butir mhux mielah
4 bicciet flett tal-majjal ta’ madwar 165g il-wahda
65g bebbux
100ml inbid ahmar
200ml stokk tal-vitella
100ml faqqiegh salvagg
Mgharfa hwawar friski mqatta’
Bzar u melh

Ghall-aljoli:
Frakk tal-hobz frisk
Tadam imqadded imqatta’
Tewma mqatta’ rqiqa.
Tursin
Bzaru ahmar (chilli)
Grokk brandy
Butir

Metodu:
Biex tipprepara l-aljoli, poggi l-frakk tal-hobz u zid it-tadam imqadded, it-tewm, it-tursin, il-bzaru ahmar, il-brandy, l-butir u hawwar sew. Zid iz-zejt taz-zebbuga u hawwad kollox sew fil-food processor sabiex tifforma paste. Imla l-bebbux bit-tahlita, ghal kull porzjon u zomm il-bqija tat-tahlita biex isservi bhala timballo.
Naddaf il-flett sew u qatta’ f’medallions, imbaghad iftahhom sabiex tifforma speci ta’ but u imla bil-faqqiegh selvagg.
Sahhan iz-zejt flimkien ma’ ftit butir u aqli l-laham ghal ftit fuq zewg nahat kemm tissigilla. Kompli sajjar il-laham fil-forn sakemm isir sew minghajr ma jixrief. Nehhi kull xaham zejjed u zid hmistax il-gramm butir, aqli l-basal sa ma jigu rotob, zid il-faqqiegh u l-inbid u halli kollox jingibed. Zid l-istokk tal-vitella u hallih jirriduci ghal konsistenza li tixtieq.
Hawwar ghal gosti tieghek, zid il-butir u l-hwawar friski u zomm kollox shun.
Poggi l-aljoli fin-nofs ta’ platt shun u poggi l-flett tal-majjal fil-wicc. Servi sitt bebbuxiet mad-dawra tat-timballo u ferra z-zalza fuq kull porzjon







i













RCS MEDIA PRODUCTIONS, P.O. BOX 69, MSIDA, MSD 01. TEL: (+356) 22913503. FAX: (+356) 21225265. EMAIL US!

© 2005. ALL RIGHTS RESERVED. RAY CALLEJA.

DESIGN: DANIEL MERCIECA