| |
Thursday
16th March 2006
Kwarezimal
by Peter Dacoutros
Ingredjenti:
400 g dqiq plain
Imgharfa lixxa baking powder
300 g zokkor
200 g intrita pura
150 g lewz imqaxxar u inkaljat.
100 g cirasa mqatta’
2 imgharef Golden Syrup
2 kuccarini mixed spice
Nofs kuccarina msiemer tal-qronfol mithuna
2 imgharef ilma zahar
Qoxra mahkuka ta' laringa u qoxra mahkuka ta' lumijja
Mgharfa kokotina
Madwar 3 imgharef ilma
Golden Syrup biex tiksi
Metodu:
Idlek pjanci tal-forn bil-margerina u ghaddi hafif bid-dqiq.
Qatta’ il-lewz inkaljat.
Gharbel flimkien id-dqiq, il-baking powder u l-kokotina.
Zid iz-zokkor, l-intrita, il-hwawar, ic-cirasa, il-golden
syrup, il-qxur tal-frott u l-ilma zahar. Ghagen it-tahlita
b'idejk u zid l-ilma bil-mod. Din it-tahlita m'ghandiex
tkun la iebsa u lanqas ratba zzejjed.
Biex tifforma il-kwarezimal, xarrab idejk u fforma bhal
zalzett minn din it-tahlita. Poggi fuq il-pjanci tal-forn
u iccattja ftit il-wicc ta'kull wahda, umbaghad b'sikkina
ghamel linji skuntrati fill-wicc. Ahmi go forn moderat ghal
ftit jahraq ghal madwar ghoxrin minuta. Zomm dan il-hin
bi precizjoni.
Ohrog mill-forn, halli joqghodu ghal zewg minuti, iksi bil-golden
syrup u xerred il-lewz inkaljat. Halli jibirdu.
Importanti li f'din ir-ricetta inzommu il-hinijiet precizi
|
RCS
MEDIA PRODUCTIONS, P.O. BOX 69, MSIDA, MSD 01. TEL: (+356)
22913503. FAX: (+356) 21225265. EMAIL
US! |
©
2005. ALL RIGHTS RESERVED. RAY CALLEJA.
|
|
|
|
|