| |
Wednesday
22nd March 2006
Torti zghar tat-tuffieh
u l-gbejniet
By Didier Sergent (Grotto Tavern- Rabat)
Ingredjenti:
Ghagina tal-helu
Kemmun
5 tuffiehat
Gbejna
Gewz
Butir
Zejt
Metodu:
Lesti turtiera li jkun fih sitt forom ta’ torti zghar
Iftah l-ghagina u qatta’ f’bicciet zghar biex
joqghodu f’kull forma
Nehhi l-ghagina zejda. B’furketta, taqqab toqob zghar
fil-qiegh u poggi t-turtiera toqghod fil-fridge.
Qaxxar it-tuffieh u qatta’ zewg tuffiehat f’dadi
u t-tlieta l-ohra fi slajsis.
Qatta’ l-gewz sabiex tkun tista’ thallathom
mat-tuffieh aktar tard. Halli sitt gewziet shah sabiex tkun
tista’ zzejjen.
F’tagen bi ftit zejt, aqli d-dadi tat-tuffieh u meta
jkunu saru, zid il-gewz imqatta’.
Imla tlett kwarti mill-ghagina bit-tuffieh imsajjar, u poggi
is-slajsis tat-tuffieh fil-wicc u spicca bis-slajsis tal-gbejna
fil-wicc u sajjar ghal 20 minuta.
Poggi nofs il-gewz fil-wicc u roxx ftit kemmun fil-wicc
qabel ma’ sservi
.
|
RCS
MEDIA PRODUCTIONS, P.O. BOX 69, MSIDA, MSD 01. TEL: (+356)
22913503. FAX: (+356) 21225265. EMAIL
US! |
©
2005. ALL RIGHTS RESERVED. RAY CALLEJA.
|
|
|
|
|