| |
Tuesday
16th May 2006
Fritturi tal-qarabaghli
ala Griega u Zatziki
By Peter Dacoutros
Ingredjenti:
5 qarabaghliet kbar mahkuka
Basla mqatta rqiqa hafna
Nofs kikkra dqiq plain
3 bajdiet mhabbta hafif
Kuccarina riegnu
Mgharfa weraq tal-habaq mqatta’ rqaq
Mgharfa tursin mqatta’ rqiq
Melh u bzar mithun frisk
Zejt biex taqli
Ingredjenti ghaz-Zatziki:
180 ml yoghurt plain
2 imgharef cream cheese
Hjara zghira mqaxxra u minghajr zerriegha
Sinna tewm mqatta’ rqiqa hafna jew ahjar mghaffga
Mgharfa weraq tan-naghniegh mqatta’ rqaq hafna
Kuccarina meraq tal-lumi
Kuccarina hall
2 imgharef zejt taz-zebbuga.
Melh u bzar mithun frisk
Metodu:
Poggi l-qarabaghli mahkuka fi skutella, zid id-dqiq, il-melh
u l-bzar u hawwad sew. Zid ir-riegnu, l-habaq u t-tursin.
Hawwad. Zid il-basla mqatta’, hawwad u zid il-bajd.
Hallat kollox sew.
Iksi il-qiegh tat-tagen biz-zejt, sahhnu sew u b'imgharfga
poggi porzjonijiet tat-tahlita fit-tagen. Aqli il-fritturi
fuq nar moderat sakemm jihmaru miz-zewg nahhat. Servi jaharqu
jew bi ftit meraq tal-lumi jew ahjar biz-Zatziki
Metodu:
Hokk il-hjara mnaddfa.Go food processor jew ahjar blender,
poggi il-cream cheese, it-tewm, in-naghniegh, iz-zejt, il-hall,
il-meraq tal-lumi, il-melh u l-bzar. Hawwad ghal ftit sakemm
l-ingredjenti jsiru bhal krema, imbaghad poggi fi skutella
zghira. Zid il-yoghourt, hawwad bil-moghod, imbaghad zid
il-hjara mahkuka. Hallat bil-mod imbaghad poggi d-dip fil-fridge
ghal madwar saghtejn qabel isservi.
Tista’ isservi z-zatziki mal- laham jew hut, mal-barbeques
jew haxix. Tista’ isservi iz-zatziki wkoll bhala dip
mal- Pitta Bread shuna
|
RCS
MEDIA PRODUCTIONS, P.O. BOX 69, MSIDA, MSD 01. TEL: (+356)
22913503. FAX: (+356) 21225265. EMAIL
US! |
©
2005. ALL RIGHTS RESERVED. RAY CALLEJA.
|
|
|
|
|