| |
Wednesday
24th May 2006
Tigiega bil-Lumi
By Didier Sergent (Grotto Tavern- Rabat)
Ingredjenti:
4 Lumijiet
Ilma bil-melh
Basla
Zejt taz-zebbuga
Zebbug ahdar
Stokk tat-tigiega
Couscous
Metodu:
Qatta’ l-lumi fi tnejn, poggihom go vazett b’hafna
melh u ilma u hallihom joqghodu ghal xahar.
Qatta’ t-tigieg f’bicciet, u aqli fi ftit
zejt minn zewg nahat, zid il-basal, iz-zebbug ahdar, qatra
zejt taz-zebbuga u l-istokk tat-tigiega u sajjar ghal ftit
minuti u poggi fi skutella Tagine.
Nehhi l-lumi mill-vazett, qatta’ bicciet mill-qoxra
tal-lumi u zid mat-tigiega fl-iskutella tagine, halli kollox
isir bil-mod fil-forn ghal nofs siegha sakemm it-tiegiega
tkun saret bizzejjed.
F’bowl, poggi l-couscous, il-melh, il-butir u zid
l- istokk tat-tigiega jaghli, ghatti l-couscous sakemm jassorbi
l-likwidu u sakemm jikber. Hawwad il-couscous b’furketta.
Servi t-tigiega fuq il-couscous
.
|
RCS
MEDIA PRODUCTIONS, P.O. BOX 69, MSIDA, MSD 01. TEL: (+356)
22913503. FAX: (+356) 21225265. EMAIL
US! |
©
2005. ALL RIGHTS RESERVED. RAY CALLEJA.
|
|
|
|
|